Internazzjonali

Zelensky jistqarr li hemm 90% tal-Pjan għall-Paċi li hu maqbul – Trump jgħid li fadal żewġ kwistjonijiet li jeħtieġ jissolvew

Fi Florida, saret il-laqgħa tant mistennija bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ukren Volodymyr Zelensky – laqgħa li ma produċiet ebda qbil definittiva rigward il-Pjan għall-Paċi, għalkemm Zelensky qed jgħid li hemm sinerġija fuq 90% tal-punti.

Osservaturi internazzjonali qed jinsistu li t-triq għall-paċi fl-Ukrajna xorta hi waħda twila.

Trump minn naħa tiegħu qed jibqa’ jgħid li hemm “xi punt jew tnejn” li għadhom pendenti.

Il-pajjiżi Ewropej minn naħa tagħhom iridu li sax-xahar id-dieħel jiffinalizzaw ċertu “garanziji” għas-sigurtà tal-poplu Ukren.

Intant, waqt li kienu għaddejin dawn it-taħdidiet fi Florida, il-Kremlin baqa’ għaddej bl-attakki fuq l-Ukrajna. Jidher li b’kollox ir-Russi bagħtu 25 drone lejn it-territorju Ukren. Il-maġġoranza tagħhom ġew interċettati mill-qawwiet ta’ Zelensky.