Lokali Qorti

Żewġt aħwa żgħażagħ jammettu li weġġgħu raġel waqt argument

Żewġ aħwa żgħażagħ residenti r-Rabat ammettew li weġġgħu gravi lil raġel waqt argument.

Iż-żewġ aħwa li għandhom 17 u 20 sena ġew akkużati li weġġgħu gravi lil raġel bl-argument seħħ is-Sibt li għadda fi Triq is-Saqqajja fir-Rabat.

Fil-Qorti ntqal li l-vittma allegatament taha daqqa lil omm tal-akkużati biż-żewġ ġuvintur imbagħad marru fuq dan ir-raġel.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo poġġiet lil ġuvni ta’ 17-il sena taħt ordni ta’ probation dan filwaqt li l-ġuvni l-ieħor ġie kkundannat 12-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.

Dan apparti li nħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.