Is-sena 2025 kienet sena kruċjali għad-dinja tal-films li tinsab f’salib it-toroq bejn il-produzzjonijiet tradizzjonali ta’ Hollywood u dawk tal-pjattaformi tal-istreaming. Bl-analisti jgħidu li dawn il-pjattaformi qed ibiddlu b’mod fundamentali il-mod ta’ kif il-kontenut tal-films jkun kreat, imqassam u kunsmat. Dan hekk kif matul din is-sena Netflix kellu l-fuq minn 300 miljun abbonat, filwaqt li HBO Max u Disney+ kellhom l-fuq minn 150 miljun u 127 miljun abbonat rispettivament.
Iż-żieda fil-popolarita ta’ dawn il-pjattaformi waslet biex inqas nies attendew iċ-ċinema u minflokk segwew il-films mill-kumdità ta’ djarhom … użanza li nibtet minn zmien il-Covid-19, madanakollu minkejja l-isfidi kollha f’din l-industrija, is-sena 2025 xora waħda kienet mistennija li tilħaq l-34 biljun dollaru.
Fuq net tal-quċċatta tal-Box Office, hemm it-tieni film ta’ Ne Zha, film animat u bi produzzjoni Ċiniża li jsegwi l-istorja ta’ Nezha u Aobing li minkejja li salvaw wara li ntlaqtu minn sajjetta l-ġisem tagħhom jinsab f’riskju li jinqered.
Bil-maġġoranza tal-kumplament tal-lista tkun mimlija b’sequel films u reboot films, filfatt il-film Ne Zha 2 kien segwit minn Zootopia 2, Lilo & Stitch, A Minecraft Movie, Jurassic World: Rebirth, Avatar Fire and Ash, Demon Slayer: Kimetsu no Yaiba Infinity Castle u How to Train Your Dragon.
Fid-disa’ post ta’ din il-klassifika hemm F1:The Movie, li jsegwi l-istorja ta’ sewwieq tal-formula 1 li jirritorna wara l-irtirar biex jagħlem sewwiq fil-bidu tal-kariera tiegħu.
Fl-10 post hemm il-film Superman b’direzzjoni u kitba ta’ James Gunn, li jimmarka bidu ġdid għal dan l-univers ikoniku.
Superman huwa segwiet b’sensiela ta’ sequels fosthom Mission Impossible – The Final Reckoning, Fantastic Four: First Steps, Wicked: for Good, The Conjuring: Last Rites u Captain America Brave New World.
Sequel ieħor li kien mistenni minn bosta kien Freakier Friday li jinkludi lista ta’ ismijiet ċelebri fosthom Lindsay Lohan, Jamie Lee Curtis u Chad Micheal Murray.
Sequel ieħor li klassifika fit-33 post kien Bridget Jones: Mad About the Boy.
Il-film Materialists li kien suċċess enormi fuq Netflix klassifika fl-40 post. Dan il-film romantiku jsegwi l-istorja ta’ tfajla ambizjuza li sib ruħa maqbuda f’love traingle, b’Dakota Johnson, Chris Evans u Pedro Pascal fil-partijiet prinċipali.
Fil-50 post tal-klassifika hemm il-film The Running Man, fil-100 post il-film The Woman in the Yard, u fil-200 post il-film Money Kisses.
//= $special ?>

