Iċ-Ċina, fl-aħħar sigħat, organizzat numru ta’ eżerċizzji militari ftit ‘il hinn mill-gżira-Stat demokratika tat-Tajwan u fejn spikkat simulazzjoni tal-azzjonijiet fejn il-qawwiet Ċiniżi jaħtfu l-kontroll tal-aktar zoni kruċjali ta’ din il-gżira…
Simulazzjoni li saret bħala twissija ovvja’ lit-Tajwan li l-Gvern komunista f’Beijing iqisha bħala provinċja ribelluża taċ-Ċina.
Fl-eżerċizzji – imlaqqmin ‘Missjoni għall-Ġustizzja 2025’ ħadu sehem numru ta’ riġmenti tas-suldati, flimkien mal-qawwiet navali u tal-ajru li lkoll kienu involuti f’waqtiet ta’ ‘live fire’ fit-tul.
Iż-żmien ta’ dawn l-eżerċizzji hu wkoll sinifikattiv wara li, jiem ilu, l-Istati Uniti ħabbret il-bejgħ ta’ waħda mill-akbar kunsunni tal-armi li qatt investa fiha t-Tajwan u li tiswa l-ekwivalenti ta’ għaxar biljun ewro.
Dan il-pass qanqal protesta min-naħa ta’ Beijing, li wieġeb b’numru ta’ sanzjonijiet diretti għall-kumpanniji Amerikani involuti fl-industrija tad-difiża .
Intant, it-tensjoni fir-reġjun tat-Tajwan ilha tiżdied mindu l-Gvern f’Tajpej, fl-aħħar xhur, ħa passi aktar intensivi minn qabel biex issaħħaħ id-difiżi tiegħu, fost l-allert għall-atteġġjament ostili kontinwu min-naħa taċ-Ċina.
//= $special ?>

