Lokali

Il-PN iżur is-Soup Kitchen tal-Patrijiet Franġiskani

Id-deputati Bernice Bonello u Albert Buttigieg, flimkien ma’ Sarah Bajada u membri tal-MZPN u Team Start, żaru s-Soup Kitchen tal-Patrijiet Franġiskani fil-Belt Valletta, fejn taw sehemhom fil-preparazzjoni tal-ikel u fil-ħidma tas-servizz ta’ kuljum.

Din kienet it-tielet żjara tagħhom f’dan il-post, iżda xorta waħda baqgħu impressjonati bl-isfidi li jeżistu fostna. Spikkat kif ukoll il-ġenerożità u l-imħabba li jagħmel dan il-post. Post li jilqa’ u jitma lil kulħadd, inklużi nies ta’ problemi soċjali differenti.