Lokali

It-tipjip se jkun projbit f’żewġ bajjiet

Kif ġie imħabbar aktar kmieni din is-sena, mill-1 ta’ Jannar 2026 it-tipjip se jkun projbit fi tnejn mill-aktar bajjiet popolari tal-gżejjer Maltin, apparti f’żoni partikolari fil-bajja stess.

It-tipjip se jkun ipprojbit fuq żewġ bajjiet: Ir-Ramla tal-Mixquqa – magħrufa bħala Golden Bay, u r-Ramla l-Ħamra f’Għawdex.

Tabelli fl-entratura ta’ kull bajja se jinnotifikaw lill-pubbliku li t-tipjip huwa strettament ipprojbit sakemm ma jsirx fiż-żoni tat-tipjip.

Dawn iż-żoni se jkunu mmarkati b’mod ċar b’tabelli.

Il-projbizzjoni tat-tipjip se tiġi infurzata mill-pulizija kif ukoll minn uffiċjali tal-LESA u minn uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, u mill-Awtorità tat-Turiżmu.

Min jinqabad ipejjep fiż-żoni fejn it-tipjip huwa pprojbit fuq dawn iż-żewġ bajjiet se jingħata multa ta’ €150. U minn naħa tal-awtoritajiet…mhux se jingħataw twissijiet.