Lokali Qorti

Miċħuda t-talba ta’ mara li riedet twaqqa’ l-każ fuq żewġha b’rabta ma’ theddid

Il-Qorti ċaħdet talba ta’ mara li riedet twaqqa’ l-każ fil-konfront tar-raġel tagħha dan wara li l-Qorti kkunsidrat l-fatt li r-riżultat ta’ risk assessment kien allarmanti.

Ir-raġel tagħha li huwa Libjan ta’ 33 sena residenti l-Qrendi jinsab akkużat li kkawża biża’ lil martu li se tintuża l-vjolenza kontriha fil-preżenza ta’ minuri, li hedded lil martu u li kiser kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Huwa ġie mixli wkoll li seraq il-panic button li għandha martu kif ukoll li sar riċediv.

Waqt is-seduta ngħad li l-koppja jbatu mill-vizzju tad-droga bil-mara mhux l-ewwel darba li għamlet rapporti ta’ vjolenza domestika bl-aħħar wieħed hija allegat li ġiet mhedda li żewġha ħa joqtolha.

Wara li semgħet dan kollu l-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ċaħdet it-talba tal-mara bl-akkużat inżamm arrestat.