Libjan ta’ 50 sena residenti Bormla nżamm arrestat hekk kif ġie mixli li hedded lis-sieħba tiegħu li se jaqtalha rasha barra.
Fil-Qorti huwa ġie mixli li kkawża biża’ lis-sieħba tiegħu li se tintuża l-vjolenza fuqha, li heddidiha kif ukoll li kiser ordni ta’ protezzjoni u li sar riċediv bl-akkużat jwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Waqt is-seduta ngħad li l-mara għamlet rapport mal-Pulizija l-Ġimgħa li għadda b’dan it-theddid allegatament sar lejliet il-Milied. Dan apparti li hija spjegat li t-tnejn li huma jbatu mill-vizzju tad-droga u heddidha li se jaqtalha rasha barra u mbagħad jieħu ħajtu b’idejh.
L-Ispettur Omar Zammit qal li diġa’ kien hemm ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma u li ħarġet minn proċeduri separati iżda minkejja dan huma xorta baqgħu jintaqgħu.
Għaldaqstant, matul is-seduta ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest bil-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo żammitu taħt arrest f’dan l-istadju tal-proċeduri.
//= $special ?>

