Lokali

Ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li nqabad bejn żewġ karozzi fiċ-Ċirkewwa


Raġel Ingliz ta’ 43 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li nqabad bejn żewġ karozzi li kienu qegħdin fil-que biex jirkbu l-vapur ta’ Għawdex.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-13:30, fi Triq il-Latmija, meta għal xi raġuni waħda mill-karozzi li kienet wieqfa imxiet il-quddiem bil-konsegwenza li persuna li kienet mixja inqabdet bejn żewġ karozzi.

Il-vittma li kien f’sensieh il-ħin kollu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, bl-uffiċjali li tkellmu ma’ Net News jikkonfermaw li l-persuna ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

B’riżultat ta’ dan inġemma ammont kbir ta’ traffiku f’din it-triq.