Lokali

Sena oħra waslet fi tmiemha u l-Isptar tal-Annimali għadu ma nfetaħx

Is-sena 2025 waslet fi tmiemha u l-isptar tal-annimali għadu magħluq, bl-annimali u s-sidien tagħhom għadhom qed ibgħatu l-konsegwenzi, dan minkejja li dan l-isptar ilu jiġi imwiegħed iktar minn 28 xahar.

L-aħħar minn sensiela ta’ stejjer ta’ qsim il-qalb seħħet matul il-lejl tal-Ħadd u t-Tnejn meta Christa Cilia, persuna li ssalva diversi annimali li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom kellha bżonn is-servizz ta’ veterinarju wara li wieħed mill-klieb tagħha ta’ 15-il sena kellu bżonn urġenti ta’ magna tal-ossiġnu.

B’din il-persuna titlob l-għanuna ta’ numru ta’ veterinarji li qalulha li ma jistgux jgħinu lil dan il-kelb hekk kif għandhom biss il-mediċina u mhux l-apparat.

Bl-attivista tgħid li minkejja li l-veterinarji kienu disponibli xorta waħda ma setgħu jagħmlu xejn minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi.

Hemm bżonn ta’ servizz ta’ veterinarju 24 siegħa kuljum li jkun jista’ verament jgħin lill-annimali li jkunu fil-bżonn u mhux sempliċiment veterinarju mingħajr ir-riżorsi neċċessarji, temmet tgħid Christa Cilia fuq facebook fejn stqarret li qed tikteb din il-post biex tqajjem iżjed għarfien dwar il-bżonn biex is-saħħa tal-annimali tkun vera prijorità.

Dan il-każ mhux wieħed iżolat lura f’Settembru ta’ din is-sena Net News kien irraporta kif Stefanie Axisa sid oħra ta’ pet kienet spiċċat tilfet lill-kelba tagħha minħabba dik li hi stess sejħet bħala sistema faluta. Din il-kelba kellha biss sentejn.

L-istess bħal Christa Cilia din il-persuna kienet għaddiet minn trauma kbira hekk kif spiċċat f’sitwazzjoni fejn ma tista’ tagħmel xejn biex issalva lil din il-kreatura tant għal qalbha. Każ ieħor kien dak ta’ Leo, li spiċċa wkoll miet wara li ma saraulux it-tesijiet neċċessarji matul il-lejl.

Matul dan l-aħħar xhur diversi attivisti talbu biex  il-kliniċi jingħataw l-apoġġ neċċessarju anka infrastruturali u biex tintalab l-għajnuna tas-settur privat.