L-attivitajiet soċjali għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ma qatgħu xejn u lanqas f’Għawdex, dan hekk kif it-Tnejn Alex Borg attenda High Tea f’Ta’ Kerċem Għawdex.
Din l-attività soċjali kienet organizzata mill-Kumitat Reġjonali u kienet ta’ suċess kbir hekk kif numru kbir ta’ persuni attendew bi ħġarhom għal din l-attività soċjali biex jiltaqgħu u jkellmu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.
Waqt din l-attività Alex Borg irringrazzja lil dawk preżenti tal-appoġġ kontinwu tagħhom, huwa spjega li din kienet sena impenjattiva kemm għalih kif ukoll għall-Partit Nazzjonalista

Hu irringrazzja lil Bernard Grech li għamel parti min din is-sena bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll lil Adrian Delia li flimkien miegħu għamel il-kampanja elettorali.
Alex Borg saħaq li l-Partit Nazzjonalista huwa partit maqgħud u li hu bħala Kap tal-Parti qed jaħdem biex aktar nies jerqsu lejn il-Partit Nazzjonalista u biex b’hekk il-Partit Nazzjonalista jkun il-partit rebbieħ.
Waqt din l-attività soċjali, Alex Borg spjega li hu kompla jiftaħ il-bibien tad-Dar Ċentrali għaż-żgħażagħ u dan qed ikun rifless fl-ammont ta’żgħażagħ li qed jagħtu l-għajnuna u l-kontribut tagħhom fid-Dar Ċentrali.
Alex Borg tenna li Għawdex għandu kandidati relevanti u tajbin ħafna u li huma qegħdin jaħdmu qatiegħ biex il-Partit Nazzjonalista jkun Gvern alternattiv.
Fl-aħħar net huwa ta l-awgurju tiegħu għal sena ġdida mimlija saħħa, hena u paċi.

Preżenti għal din l-attivita kien hemm il-Kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista fuq id-distrett t’ Għawdex.
//= $special ?>

