Il-Qorti aċċettat it-talba li saret mill-eks Ministru Laburista Clayton Bartolo u neħħiet l-ordni tal-iffriżar tal-assi – ordni li kienet ħarġet madwar sena ilu.
Dan intqal minn Clayton Bartolo stess permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali iżda minkejja li ġiet milqugħa din it-talba, l-ordni tal-iffriżar tal-assi fuq martu Amanda Muscat għadha fis-seħħ bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Clayton Bartolo kien irriżenja minn Ministru u mill-Partit Laburista lura f’Novembru tal-2024 hekk kif ġie żvelat li hu u martu ħadu kickbacks għall-kuntratt li nħareġ mill-Awtorità tat-Turiżmu u li ngħata liċ-ċiklist Taljan Valerio Agnoli.
Dan apparti li kien ħareġ ukoll li Clayton Bartolo u l-Ministru Clint Camilleri abbużaw mill-poter tagħhom wara li spiċċat konsultenta b’paga ta’ kważi €70,000 fis-sena – impjieg li m’għamlitx u li ma kinitx ikkwalifikata għalih.
//= $special ?>

