L-ewwel Prim Ministru Mara tal-Bangladesh, Khaleda Zia mietet fl-eta ta’ 80 sena, hi kienet ilha snin tbagħti minn marda li ħakmitha.
Zia kienet saret l-ewwel Prim Ministru mara tal-Bangladesh fl-1991 wara li waslet lill-partit politiku tagħha għar-rebħa fl-ewwel elezzjoni li saret b’mod demokratiku wara 20 sena.
Il-Kundizzjoni ta’ Zia kienet qelbet għal agħar, u t-tobba kienu poġġewha fuq il-magni tal-ossiġnu, però ma setgħux jagħtuha l-għajnuna meħtieġa minħabba l-eta tagħha u l-kundizzjoni ta’ saħħitha. Hija kienet ilha fi stat ta’ saħħa xejn tajjeb però l-partit politiku tagħha xorta waħda ftit taż-żmien qabel kien qal li Zia kienet se tikkontesta għal-elezzjonijiet li huma mistennija fi Frar.
Il-politka fil-Bangladesh hija waħda ddominata minn rivalità kbira bejn il-Partit Nazzjonalista tal-Bangladesh imexxi minn Khaleda Zia, u l-partit politiku ta’ Sheikh Hasina.
Hija tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-iktar mexxejja formidabli tal-Bangladesh, dan apparti li ġibdet amirazzjoni kbira għal mod kif tejbet l-livell tal-edukazzjoni għan-nisa u għat-tibdil li għamlet fil-kostituzzjoni tal-pajjiż biex reġġgħet kisbet id-demokrazija.
//= $special ?>

