Lokali Qorti

Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li rrifjuta li jieqaf f’roadblock

Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Ħal Qormi nżamm arrestat wara li rrifjuta li jieqaf f’roadblock u ħarab mill-post. Fil-Qorti Ransdon Debono ammetta li saq b’mod perikoluż mingħajr liċenzja tas-sewqan jew assigurazzjoni.

L-ispettur Clive Abela qal li l-akkużat irrifjuta li jieqaf f’roadblock f’Paola bil-Pulizija spiċċat isuq għal warajh iżda kellhom jieqfu biex jassiguraw is-sigurtà tas-sewwieqa l-oħra. Imbagħad il-karozza instabet ipparkjata ħażin u sussegwentament ġiet ittowjata.

L-akkużat ġie arrestat meta mar jiffirma l-ktieb fl-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Qormi. L-avukat tad-Difiża Adreana Zammit talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba għal fatt li l-akkużat jista’ jagħmel att simili.