“L-ewwel 100 jum ta’ Alex Borg bħala Kap tal-Oppożizzjoni kienu mmarkati min entużjażmu ġdid – u distakki minimi bejn iż-żewġ partiti.”
Kien dan is-sentiment tal-Editorjal tal-Gazzetta MaltaToday – hekk kif, f’analiżi fil-gazzetta, evalwa l-ewwel xhur ta’ Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Liema analiżi rrikonoxxiet il-bidla li saret, speċjalment għal fatt li d-distakk bejn il-Partiti qeigħed fl-inqas li kien b’mod konsistenti tul dawn l-aħħar 10 snin.
Intant James beda’ billi saħaq li Alex Borg rnexxielu jerġa’ jġib mewġa kbira ta’ entużjażmu fost il-partitarji tal-Partit Nazzjonalista, u kif ukoll dawk li kienu ilhom ma jħarsu lejn il-PN għas-soluzzjonijiet, jew li ġew imweġġa’ fil-passat.
Fl-analiżi ġie elenkat wkoll li anke wara budget, li l-Prim Ministru b’tant pompa sejjaħlu l-aqwa wieħed fl-istorja, Alex Borg baqa’ jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala alternattiva għal poplu Malti u Għawdxi.
Apparti min hekk, l-awtur James Debono jispjega li rebħa Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, tiġi meta tiġi, m’għadiex qed titqies bħala imporbbabiltà, però xi ħaġa li tista tiġri la darba Alex Borg ikompli jikkonsoilida l-pożizzjoni tiegħu bħala dak li jista’ joffri tama ġdida wara kważi tlettax il-sena ta’ Gvern Laburista.
Il-MaltaToday tgħid illi minkejja s-suċċess li kellu s’issa, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg xorta waħda għandu numru ta’ ostakli x’jaffaċċja matul is-sena li ġejja speċjalment jekk pajjiżna jsib ruħu f’elezzjoni ġenerali. Iżdaskont l-MaltaToday, kull ostaklu huwa possibbli li jingħeleb. L-analiżi għalaq billi spjega li Alex Borg jrid jiffoka fuq dawk l-20% tal-votant Malti u Għawdxi li jiddeċiedu l-elezzjonijiet ġenerali, minħabba li jiġu klassifikati bħala ‘switchers’, bl-awtur jisħaq li din il-mossa elettorali tirrikjedi ħidma sfieqa u twila
//= $special ?>

