Lokali

Ħarsa lejn l-istejjer strambi tal-2025: Minn mumenti tad-daħk għal stejjer ta’ gossip

Mill-kunċert tal-Coldplay u l-famuża kiss cam, għas-serqa spettakolari mil-Louvre, u l-meme tas-6-7. L-2025 offriet mumenti li ħallewna bla kliem – għal raġunijiet differenti.

Is-sena li qed tiġi fi tmiemha ġabet magħha mumenti li b’xi mod jew ieħor ħallewna bla kliem.

Bħall-famuż video ta’ Gaza li sar minn Donald Trump bl-użu tal-AI. U l-ossesjoni li splodiet madwar id-dinja kollha għall-pupi tal-Labubu.

F’din il-lista, wieħed żgur isir iżid il-vjaġġ fl-ispazju li għamlet il-kantanta Katy Perry, u r-reklam kontroversjali tal-attriċi Sydney Sweeney li ħoloq kaos kbir fuq il-mezzi soċjali – minħabba semplici jeans!

Imbgħad, kien hemm dik li ħafna iddeskrivewha “is-serqa tas-seklu”. Dan meta f’Ottubru, f’għodwa kwieta u kalma immens f’Pariġi, grupp ta’ ħallelin irnexxielhom jisirqu ġojjelli mil-Louvre.

Serqa li ħadet biss 7 minuti. U li dehret sempliċi immens. Bl-uniku żball tal-ħallelin ikun li ħallew warajhom kuruna tal-mara ta’ Napuljun it-Tielet. Iżda lil hinn minn dan, is-serqa qed jingħad li ħalliet f’idejn il-ħallelin b’oġġetti uniċi li l-valur tagħhom ilaħħaq is-76 miljun.

Ftit wara, erba’ ġew arrestati. Għalkemm il-ġojjelli baqgħu ma nstabux.

Iżda din taf tkun għal ħafna, il-mument sorprendenti tal-2025. Kif kanzunetta li ħarġet għaxar snin ilu spiċċat viral. Dan kollu, minħabba riklam kummerċjali.

Fil-fatt, il-kanzunetta ‘Hold My Hand’ ta’ Jess Glynne kienet ukoll ivvutata bħala song of the year għal TikTok fir-Renju Unit.