Internazzjonali

Il-ftehim ta’ Paċi wasal fl-aħħar stadju – għalkemm fadal żewġ punti pjuttost skomdi

Ir-Russja, l-Istati Unit u l-Ukrajina jaqblu li huwa viċin il-qbil dwar il-ftehim ta’ Paċi sabiex il-gwerra li ilha għaddejja 4 snin tieqaf, iżda fi kliem Trump, “għad hemm żewg punti li huma wisq delikati u iebsa”

Iż-żewġ punti l-aktar delikati, mill-pjan ta’ Washington li jiikkonsisti f-20 punt – jinvolvu t-territorju u d-destin ta’ l-akbar impjant nukleari fl-Ewropa, li preżentement hija okkupata mir-Russja.

Il-Kremlin jaqbel ma’ Trump li n-negozjati waslu fl-istadju finali tagħhom, u li l-pass li jmiss hu li Zelenksy li jiltaqa’ mal-mexxejja Ewropej fis-6 ta’ Jannaur, iżda kwalunkwe wieħed minn dawn iż-żewġ punti jista’ jxekkel il-ftehim ta’ Paċi.

“Jekk l-awtoritajiet ta’ Kyiv ma jridux jiftehmu b’mod paċifiku, mela jkollna nsolvu l-problem kollha b’mod militari” qal Putin.

Jingħad li ż-żewg naħat qiegħdin ibgħatu minn eżawriment, u l-analisti mill-Istitut għall-Istudju tal-Gwerra qiegħdin jestimaw li biex il-forzi Russi jirnexxielhom jaħkmu l-kumplament ta’ Donestsk u jżommu l-istess ritmu fl-avvanz tagħhom, fadlilhom sal-2027 – u dan mhux neċessarjament se jseħħ.