Lokali

“Ilna snin nirrapurtaw” – tiġġarraf faċċata ta’ binja fil-Birgu

“Ilna snin nirrapurtaw u qatt ma sar xejn…..Issa la jmut xi ħadd jiġu taparsi jagħmlu xi ħaġa…mhux biex tippuppaw irridukom imma biex tieħdu azzjoni immedjata”

Kienu dawn is-sentimenti ta’ bosta residenti tal-Birgu u tal-madwar wara li għal ħabta tas-6:30 ta’ filġħodu daħal rapport li ġġarfet binja abbandunata fi Triq l-antika fil-Birgu.

Fil-post waslu l-pulizija u membri tas-CPD sabiex jassistu u fortunatament b’riżultat ta’ dan l-inċident ma’ weġġa’ ħadd.

Intant sorsi li tkellmu ma din il-Kamra tal-aħbarjiet saħqu kif din il-binja ilha abbandunata għal snin twal u qabel kienet isservi bħala kerrejja. Ir-residenti tal-madwar qalulna wkoll li ilhom isiru bosta rapporti fuq il-periklu li tista’ tiġġarraf – sabiex issa spiċċa kien hemm tiġrif veru. U b’xorti tajba ma kien hemm l-ebda’ fatalitajiet.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna wkoll li fl-akwata tat-triq l-antika fil-Birgu – magħrufa bħala n-naħa tal-mandraġġ – hemm bosta binjiet oħra kkundannati li jinsabu wkoll fil-periklu li jiġu mġarfa wara snin ta’ abbandun. Dan b’detriment fuq ir-residenti u dawk kollha li jżuru l-Belt Vittoriosa.

Intant fuq post tas-Segretarju Parlamentari Bedingfield, li huwa wieħed mill-kandidati Laburisti fuq it-2 distrett, kien hemm bosta kummenti li tkellmu fuq sitwazzjonijiet relatati fil-kottonera u anke fuq dik it-tirq speċifika.

F’wieħed mill-kummenti saħansitra qal li ilhom isiru diversi rapporti u baqa’ ma sar xejn – b’ieħor jgħid kif b’dan l-inċident qed jikkonferma li f’dan il-pajjiż biex ssir xi ħaġa jrid imut xi ħadd.

Apparti min hekk kien hemm ukoll ghexieren ta’ kummenti oħra li kienu pronti qalu li mhux pożi qed jistennew mir-rapreżentanti tagħhom iżda azzjoni li tippreveni inċidenti simili li kapaċi jkunu fatali.