Is-sena 2025 poġġiet lil Net Television bħala l-aktar stazzjon segwit f’pajjiżna – qabel TVM u qabel l-istazzjon tal-Partit Laburista. Dan filwaqt li anke Net News issupera l-aħbarijiet tal-One. Bis-survey tal-Awtorità tax-Xandir juri li terz tal-persuni li jaraw it-televiżjoni, isegwu l-aħbarijiet fuq Net Television.
Anke s-sit NetNews.com.mt reġa’ kkonsolida l-pożizzjoni tiegħu.
U mill-istħarriġ, ħareġ li dan is-sit jaqbeż il-portal tas-Super One u anke s-sit online ta’ TVM.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, ir-reazzjonijiet għall-kontenut li ppubblikajna matul l-2025 żdiedu b’aktar minn 90% – jiġifieri kważi d-doppju fuq temp ta’ 12-il xahar.
L-istess ċifri juru li żdiedu wkoll il-views fuq il-videos, filwaqt li l-clicks fuq l-istejjer ta’ Net News żdiedu b’49%.
Matul is-sena 2025, Net News saħħaħ sew ir-reels ippubblikati online, kif ukoll il-kontenut kemm fuq Instagram u anke fuq TikTok – fejn komplew jiżdiedu l-followers fuq il-pjattaformi soċjali.
Iċ-ċifri ta’ Facebook weħidhom juru li erbgħa minn kull għaxar segwaċi ta’ Net News għandhom bejn 25 u 44 sena. Apparti minn hekk, 6% tal-udjenza li ssegwina online hija bbażata fl-Awstralja u r-Renju Unit – fejn hemm komunità kbira ta’ Maltin u Għawdxin.
Intant, fost l-aktar kontenut li ġibed udjenzi kbar matul din is-sena…kien hemm il-filmat tal-bini li ikkollassa f’Paceville matul ix-xahar ta’ Ġunju. Kif ukoll ix-xandiriet marbuta mal-elezzjoni li fiha Alex Borg ġie elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

