Alexander Demarco kien maħtur bħala l-Gvernatur l-ġdid tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin, b’effett mill-1 ta’ Jannar, 2026. Demarco kien approvat unanimament mill-Kumitat Parlamentari tal-Ħatriet Pubbliċi. Hu nħatar mill-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono fuq il-parir tal-Kabinett tal-Ministri.
Alexander Demarco serva bħala Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta minn Jannar 2014 sa Lulju tal-2025. Huwa daħal jaħdem mal-Bank Ċentrali fl-1984 u l-biċċa l-kbira tal-karriera ħadem fid-Dipartiment tal-iStabbilita’ Finanzjarja, fejn kellu l-pożizzjoni ta’ Ekonomista, qabel ma nħatar Kap tad-Dipartiment Relazzjonijiet Internazzjonali.
Hu kien attivament involut fin-negozzjati biex nissieħbu mal-Unjoni Ewropea. Is-sur Demarco ippubblilka ukoll diversi artikli fil-pubblikazjonijiet tal-Bank.
//= $special ?>

