Bosta kienu dawk li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-bidu tal-ewwel tas-sena li kien hemm fi Pjazza San Ġorg fil-Belt Valletta.
Dan hekk kif huwa stmat li madwar 70,000 persuna attendew għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Belt Kapitali.
Fost dawk li ħadu sehem u li taw spettaklu kien hemm il-mistiedna lokali Glen Vella, Aidan Drakard, Denise, Gaia, Karin Duff, Keith Zammit Mintoff, Klinsmann u ankè Miriana Conte – akkumpanjat wkoll mil-kantant internazzjonali John Newman.
Dan hekk kif dawk preżenti setgħu jesperjenzaw wirja ta’ logħob tan-nar fuq il-Port il-Kbir u projections tad-dawl biex b’hekk ċertament li għall dawk preżeneti kienet serata memorabbli biex jilqaw s-sena 2026.
Intant, diversi ibliet minn madwar id-dinja fosthom f’Londra u f’New York kien hemm ukoll ċelebrazzjonijiet mill-isbaħ għal bidu tal-ewwel sena, uħud ikbar mill-oħrajn.
Fil-belt ta’ New York, huwa stmat li madwar miljun persuna inġabru f’Times Square fejn kantanti ta’ fama mondjali taw spettaklu mill-isbaħ. Il-Ballun kien miksi b’2,688 kristalla u kien jiżen madwar sitt tunnellati. Fost l-aqwa talent preżenti kien hemm Diana Ross, Robyn u James McCarthy.
F’Londra ukoll kien hemm iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena, bl-eluf kbar ta’ nies jerħula lejn din il-belt Kapitali, fejn kien hemm l-ispettaklu tal-logħob tan-nar b’iktar minn 12,000 murtal fuq ix-xmara Thames.
Kien hemm ukoll ċelebrazzjonijiet mill-isbaħ fi Triq il-Prinċipessa f’Edimbera fejn dawk preżenti għal dan l-istreet party setaw igawdu l-ispettaklu tal-logħob tan-nar fuq il-kastell ta’ Edimbera.
Tradizzjoni interessanti fil-Brażil għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena hija li bosta huma dawk li jilbsu l-abjad. Dawk li huwa spiritwali jagħtu wkoll bukett tal-fjuri lir-Reġina tal-Baħar, bħala ringrazzjament għas-sena li tkun għadha kemm ġiet fi tmieha.
Dan filwaqt li l-ogħla binja fid-dinja il-Burj Khalifa f’Dubai offra sptetaklu ta’ logħob tan-nar, mużika u anka logħob bl-ilma.
//= $special ?>

