Raġel ta’ 25 sena minn San Ġiljan ġie mixli li kisser il-kundizzjonijiet li bihom ingħat al-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni qalet li r-raġel, Kurt Muscat għand problema akuta ta’ droga u li fid-29 ta’ Diċebru ma rrapurtax l-għassa ta’ San Ġiljan waqt li fit-30 ta’ Diċembru hedded uffiċjal tal-Pulzija.
Il-Maġistrat Leonard Caruana ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest anke billi diġa’ nstab ħati ta’ ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ ħelsen mill-arrest darbtejn is-sena l-oħra.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.
//= $special ?>

