Mara ta’ 64 sena, li hi oriġinarjament minn Ħamrun tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fil-Ġermanja fid-29 ta’ Diċembru li għadda.
Doreen Böhnert kienet tgħix fil-belt Ġermaniża ta’ Bonn għal ħafna snin wara li marret tgħix hemm meta kienet żagħżugħa, iżda kienet iżżur Malta b’mod regolari u tqatta’ perjodi twal fir-residenza tagħha f’Malta.
Kienu bosta familjari li ddeskrivewha bħala persuna mimlija ħafna enerġija, divertenti u karattru simpatiku.
Dun Ġorg Micallef rringrazzjaha għall-imħabba u l-qrubija li dejjem uriet, b’mod speċjali lejn is-saċerdoti, li kienet tħobbhom bħallikieku kienu l-familja tagħha.
Fuq il-midja soċjali, ħafna nies esprimew is-sogħba u xokk tagħhom għal din l-aħbar traġika, b’ħafna jistqarru l-vojt kbir li se tħalli warajha.
//= $special ?>
