Internazzjonali

Taxxa fuq il-kontraċettivi mill-1 ta’ Jannar fiċ-Ċina, f’tentattiv biex tiżdied ir-rata tat-twelid

Mil-lum 1 ta’ Jannar 2026, il-poplu Ċiniż irid iħallas taxxa fuq il-kontraċettivi, filwaqt li s-servizzi taċ-child care se jkunu offruti b’xejn – dan biex it-tieni l-akbar ekonomija tad-dinja tipprova żżied ir-rata tat-twelid fiċ-Ċina.

Iċ-Ċina ħabbret numru ta’ eżenzonijiet fis-sistema fiskali li kienu ilhom mill-1994, dan meta ċ-Ċina kienet timponi li l-koppji jkollhom biss wild wieħed jew waħda.

Beijing ilha tipprova tagħti spinta għar-rata tat-twelid billi tinkuraġġa lill-koppji żgħar biex jiżżewġu u jkollhom it-tfal minħabba popolazzjoni Ċiniża qiegħed issir dejjem aktar anżjana u l-ekonomija sejra għan-niżla.

L-ekonomija bdiet sejra lura minn meta bdiet il-kriżi tal-propjetà li affetwat lill-familji, speċjalment liż-żgħażagħ, li jħossuhom inqas kunfidenti dwar il-futur tagħhom.