Internazzjonali

40 persuna mejta u iktar minn mija midruba fin-nirien tal-Isvizzera fosthom żgħażagħ ta’ 16-il sena

Huwa stamt li madwar 40 persuna tilfet ħajjitha u 115-il persuna oħra ndarbu fin-nierien li ħakmu ski resort fl-Isvizzera waqt ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena.

Tabib fi sptar lokali qal li bosta persuni weġġgħu gravi u sofrew ħruq kbir u għalhekk huwa aktar dffiċli biex il-vittmi jiġu identifikati. Fost dawn il-pazjenti hemm vittmi li għandhom biss 15-il sena.

L-isptar madanakollu jinsab taħt pressjoni kbira u għalhekk qed tiġi ikkunsidrata l-possibilità li jissejħu xi speċjalisti tal-ġilda li jistaw jikkuraw aħjar il-ħruq li soffrew dawk li kienu fil-bar Le Constellation.

Intant, matul il-lejl diversi persuni inġabru fiz-zona ta’ dan il-bar biex jpoġġu l-buketti tal-fjuri, ix-xemgħatu anka l-messaġġi tagħhom lejn il-vittmi.

Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija għaddhom għaddejin, hekk kif diversi persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti għadhom nieqsa.