Lokali

Id-domanda għar-ristoranti kienet ogħla f’Jum il-Milied

Żmien il-Milied u l-Ewwel tas-sena f’Malta huwa magħruf għall-ħin mal-familja u l-ħbieb. Iżda mhux kulħadd jiċċelebra dawn il-festi bl-istess mod … hemm min jieħu gost iqattagħhom id-dar u hemm min jippreferi joħroġ jiekol, madwar Malta u Għawdex.

F’kummenti lil Net News il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Michelle Muscat qaltilna li din is-sena, d-dewmien fit-traġitt bejn Malta u Għawdex wassal għal-kanċellazzjoni ta’ ħafna bookings fir-ristoranti.

Muscat spjegatilna li meta kkumparat mas-sena preċedenti, ir-ristoranti u l-bars raw l-istess infieq ta’ flus. Hija saħqet li madanakollu kien hemm min ra tnaqqis.

Dan filwaqt li qaltilna l-andament ta’ bookings beda minn kmieni s-sena l-oħra kemm għal Milied kif ukoll għall-ewwel tas-sena – bid-domanda bies in-nies joħorġu jieklu tkun ogħla għall-Milied.

Intant qaltilna wkoll li fejn jidħlu corporate events kien hemm l-istess domanda, iżda l-budget kien kemmxejn inqas.

B’rabta ma’ lejliet l-ewwel tas-sena Muscat sostniet kien hemm aktar nies li għażlu joħorġu fit-toroq, qgħadu d-dar jew attendew għal riċevimenti kbar.