Is-sitwazzjoni bejn il-Veneżwela u l-Istati Uniti kompliet taqleb għall-agħar fost is-sinjali li Washington lest jagħmel minn kollox biex iwassal għat-tmiem tal-Amministrazzjoni preżenti f’Karakas.
Il-President xellugi tal-Veneżwela, Nicolás Maduro, qed jipprova jevita konfront armat fuq skala kbira mal-Istati Uniti…Dan fost l-istqarrija uffiċjali li hu jinsab lest għal taħditiet mal-Amerikani rigward l-issues taż-żejt u t-traffikar tad-droga.
Fl-istess ħin, l-Istati Uniti qed tkompli żżid il-pressjoni fuq Karakas u fost l-attakki mill-ajru fuq id-dgħajjes tal-Veneżolani fil-Karibew.
Numru ta’ sorsi fl-Amerika t’Isfel qegħdin jgħidu li l-Gvern Amerikan, bħalissa, qed jaħdem fuq strateġija biex jaħtaf ir-riżorsi — inklużi z-zoni għall-produzzjoni taż-żejt — lill-Veneżwela bl-iskuża li qed imexxi gwerra kontra d-droga.
Il-qawwiet Amerikani ilhom l-aħħar xhur jattakkaw lill-bastimenti fil-Karibew u l-Paċifiku li jissuspettaw li qegħdin iwasslu l-kunsinni tad-droga lejn l-Istati Uniti.
Intant, Maduro, issa, qed jgħid li jinsab xorta waħda lest għal djalogu mal-Istati Uniti fi kwalunkwe ħin u post.
Fl-istess ħin, il-President tal-Veneżwela ma weġibx għall-mistoqsijiet dwar stqarrija min-naħa tal-President Amerikan Donald Trump, fis-sens li l-qawwiet Amerikani, fl-aħħar sigħat, irnexxielhom jolqtu baċir fit-territorji tal-Veneżwela….Attakk li, jekk kemm-il darba jkun ikkonfermat, ikun l-ewwel wieħed mill-Istati Uinti fuq inħawi li jaqgħu direttament taħt il-ġuristizzjoni ta’ Maduro u l-Gvern tiegħu.
//= $special ?>

