Lokali

Jinġabru €1,556,453 b’risq id-Dar tal-Providenza

Fl-ewwel jum tas-sena 2026, reġgħet spikkat il-qalb ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi lejn id-Dar tal-Providenza – fejn b’numru ta’ donazzjonijiet mogħtija, inġabret is-somma sabiħa ta’ €1,556,453 waqt il-‘Festa ta’ Ġenerożità’ b’risq din l-istess dar .

Matul din il-maratona il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg fimkien ma’ Sarah ikkontribwixxew bis-sħiħ u ħeġġew lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex ikun ġeneruż u jagħti donazzjoni għal għan nobbli.

Bħal kull sena, il-Festa ta’ Ġenerożità bdiet b’quddiesa  ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fid-9.30am fil-kappella tad-Dar. Aktar tard imbagħad, fl-10:30 bdiet il-maratona li baqgħet għaddejja sa nofsillejl.

Il-Maratona b’risq id-Dar tal-Providenza xxandret fuq l-istazzjonijiet televiżivi ewlenin fosthom Net Television.