It-temperaturi, fil-bidu tas-sena, niżlu sew taħt iz-zero fil-Ġermanja, l-Awstrija u n-naħat ta’ fuq tal-Italja, bl-Uffiċini Meteoroloġiċi madwar l-Ewropa qegħdin jistennew aktar inżul tal-borra u xita bis-silġ matul dan ix-xahar. Hu wkoll imbassar li diversi partijiet tal-Ewropa se jkunu assedjati mill-irwiefen tal-borra, fost it-tbassir li l-Ewropa għandha tgħaddi mill-aktar xitwa qalila għal snin – kuntrarju għall-2025, fejn it-temperaturi għal dan iż-żmien tas-sena kienu ħafna anqas ħorox minn tas-snin preċedenti.
Sadanittant, ir-Renju Unit jinsab għaddej mill-agħar perjodu ta’ kesħa għal snin u meta l-artijiet mistennija jibqgħu koperti bis-silġ u l-borra sa, almenu nhar it-Tnejn. Dan waqt li l-Met Office ta’ dan il-pajjiż qed jestendi t-twissijiet dwar il-maltemp għall-bidu tal-ġimgħa d-dieħla – u meta l-Iskozja mistennija ġġarrab l-agħar elementi naturali.
//= $special ?>

