Sport

Milan fl-ewwel post tal-klassifika momentarjament

Fl-ewwel logħba tas-Serie A għas-sena 2026, Cagliari ospitaw lil Milan fl-Istadium Unipol
Domus.
Kienet prestazzjoni pjuttost sodisfaċenti għat-tim ta’ Massimilliano Allegri hekk kif huma għelbu lil Cagliari barra minn darhom fl-ewwel logħba ta’ din is-sena.
L-ewwel taqsima ta’ din il-partita kienet mingħajr azzjonijiet,hekk kif iż-żewġ timijiet daħlu għal ħin tal-mistrieħ bl-iskor jibqa’ dak ta’ 0-0, bit-tim ta’ Cagliari jkun aktar perikolużi.
Fil-ħames minuti tat-tieni taqsima, Milan jirrispondu b’saħħithom hekk kif il-winger Portugiż Rafeal Leao iftaħ l-iskor tal-logħba, b’xutt li jegħleb lill-gowlkiper Taljan Elia Caprile permezz ta’ ġirja mill-midfielder Franċiż Adrien Rabiot.
Dan ikun l-uniku gowl ta’ din il-partita.
Cagliari jkunu sfortunati lisofrew dan il-gowl, minkejja li kienu l-aħjar tim fl-ewwel taqsima ta’ din il-partita u ma jirnexxilhomx jirbħu punt minn din il-logħba.
Din kienet l-ewwel partita għall-attakant Ġermaniż Niklas Fullkrug li ngħaqad b’self mar-Rossoneri mingħand West Ham United wara li kellu staġun diffiċli ma’ dan it-tim.
L-Attakant Fullkrug daħal bħala sostitut f’din il-partita fid-69 minuta tat-tieni taqsima flok
l-awtur tal-gowl ta’din il-logħba Rafeal Leao.