Erba’ snin ilu, il-poplu Malti u Għadxi kien maħsud bil-mewt kiesaħ u biered ta’ Paulina Dembska. Erba’ snin wara oħtha Darietta De Polsi għada qed titlob għal ġustizzja, u biex minn hu reponsabbli f’Malta jqum mir-raqda.
Kienu proprju it-2 ta’ Diċembru 2022, meta ż-żagħżugħa Pollakka instabet bla ħajja fi Ġnien l-Indipendenza, f’Tas-Sliema kważi bla ħwejjeġ, taħt ħajt u f’għadira demm. Hija kienet residenti Tas-Sliema stess, kellha 29 sena u kellha mħabba kbira lejn l-annimali.

F’għeluq l-erba’ snin anniversarju, oħtha kitbet post fuq facebook fejn fakkret kif oħtha kienet inqatlet b’mod brutali, però spjegat li hi temmen li Paulina Dembska tinsab f’post aħjar. Iżda fuq kollox hi saħqet li l-persuna responsabbli mill-qtil tagħha għadu ma nżamx kontabbli għall-azzjonijiet tiegħu.
Kompliet tgħid li għalkemm xejn ma jista’ jreġa l-ħin lura u jirritorna lil oħtha, hija tħossha iktar fil-paċi meta l-persuna responsabbli, jiġi kkundanat.
Paulina Dembska kienet tieħu ħsieb il-qtates ta’ dan l-istess ġnien fejn instabet mejta u ta’ kuljum kienet tmur titmagħhom. B’rabta ma’ dan l-omiċidju, Abner Aquilina, żagħżugħ ta’ 20 sena li wara li wettaq il-qtil, mar jiġri lejn il-knisja tal-Karmnu fil-Ballutta u beda jwerżaq, wieġeb mhux ħati. Hu kien akkużat li qatel lil Dembska, stupraha u ssekwestra kontra l-volontà tagħha.
Waqt l-interrogazzjoni mal-Pulizija Aquilina kien stqarr li x-xitan kien qallu sabiex joqtol lit-tfajla, kif ukoll lil xi nies oħra.
Abner Aquilina qiegħed jinżamm fit-Taqsima Forensika ta’ Monte Karmeli.
Dan il-qtil kien fost dawk li ġabu mewġa ta’ bidla fil-pajjiż, b’emendi introdotti fil-Parlament b’mod unanimu.
//= $special ?>
