Raġel weġġa’ wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ vetturi – bir-riżultat li spiċċa nqaleb bil-karozza li kien qiegħed isuq.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-2:50 pm fuq il-flyover tal-Marsa – direzzjoni minn Raħal Ġdid għal Marsa.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Intant ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

