Il-Qorti ordnat is-sospensjoni tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-Isptar St. Philip’s f’Santa Venera sa tmiem ta’ Marzu li ġej.
Din id-deċiżjoni ngħatat mill-Prim Imħallef Ian Spiteri Bailey fil-kawża pendenti mill-HSBC Bank (Malta) kontra l-entità The Golden Shephard Group Limited, li hi immexxija mit-Tabib Frank Portelli.
Kien fit-22 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet meta l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kienet awtortizzat lir-Riċevitur Uffiċjali biex joħroġ sejħa pubblika għall-offerti.
Wara din id-deċiżjoni tal-Qorti, it-Tabib Portelli informa lill-Qorti li kien hemm interess minn Carlo Stivala biex jixtri l-kumpanija wara li jinqatgħu d-djun…..b’din id-deċiżjoni tiġi kkontesta minn HSBC hekk kif huma sostnew li l-obbligu tar-Riċevitur Uffiċjali huwa li jiżgura l-aħjar offerta possibli permezz ta’ proċess miftuħa.
Fid-deċiżjoni tal-Imħallef Spiteri Bailey ġie nnotat li din ma kienitx l-ewwel darba li tressaq tali argument mit-Tabib Portelli.
Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Portelli biex il-pubblikazzjoni tas-sejħa tal-offerti tiġi sospiża sal-aħħar ta’ Marzu , fejn ankè awtorizzat laqgħa bejn ir-Riċevitur Uffiċjali u Stivala.
B’dan tal-aħħar jiġi ordnat ukoll li jippreżenta bil-miktub il-pjan tiegħu, inkluż kif beħsiebu jissodisfa l-kredituri rreġistrati.
Intant, ir-Riċevitur Uffiċjali ġie ordnat jippreżenta rapport dwar il-laqgħa u l-fattibiltà tal-pjan sal-aħħar ta’ Frar, filwaqt li l-Imħallef saħaq li kwalunkwe ftehim li jistà jintlaħaq jrid jiġi approvat mill-Qorti sabiex jkolli seħħ.
//= $special ?>

