Lill-Ambaxxata tal-Federazzjoni Russa f’Malta:
Ħu nota ta’ din it-tixrid bla mistħija u organizzat ta’ aħbarijiet foloz u propaganda kontra n-nazzjon kbir tagħkom!
Kien dan li kiteb Neville Gafa fuq il-facebook tiegħu , propju lejliet l-Ewwel tas-Sena, fejn ħareġ jattakka lill-gazzetta tal-GWU.
Fejn kompla jikteb kif l-evidenza hija kbira u ċara li portals Maltin qed ikomplu jmexxu gwerra ta’ diżinformazzjoni, u f’din il-post li fiha inkluda lill-ambaxxata Russa, sostna li fil-pajjiż tagħhom din, tkun ta’ natura li tixraq projbizzjoni
Kompla jgħid li wasal iż-żmien għal azzjoni diplomatika.
Itolbu investigazzjonijiet, ikxfu lil dawn il-giddieba, u żommuhom responsabbli għar-rwol tagħhom fit-tisħiħ tal-mibegħda u d-diviżjoni. Ir-Russja jistħoqqilha aħjar milli tiġi mmalafamata mill-midja Maltija. Aġixxu issa u għaffeġu din il-magna tal-aħbarijiet foloz qabel tvelena iktar moħħijiet, temm jgħid Neville Gafa.
Neville Gafa kien qed jagħmel refenza għall-artiklu ta’ Talk.mt, bit-titlu: It-telf tar-Russja fl-Urajna jiżdied aktar minn qatt qabel.
//= $special ?>

