‘Traffiku, ambjent u l-għoli tal-ħajja’
Kienu dawn l-aktar risposti komuni li qalu l-pubbliku, meta l-Ġimgħa filgħodu, Net News niżel fit-toroq tal-Belt Valletta fejn staqsejna lin-nies x’jaħsbu se jkunu l-akbar sfidi li jridu jiġu ndirizzati fis-sena l-ġdida tal-2026.
Skont l-istħarriġ li sar mit-Times of Malta f’Ottubru li għadda, dan wera biċ-ċar li l-frustrazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet tat-traffiku laħqet livell għoli, bil-poplu jirrferi għalihom bħala l-ikbar problema ta’ pajjiżna, kif ukoll l-ikbar kedda fil-ħajjiet personali tagħhom.
Għalkemm il-pubbliku ilu snin jisħaq li l-problema tat-traffiku hija meqjusa bħala kriżi bla forma ta’ soluzzjoni, l-għoli tal-ħajja kienet ukoll ta’ tħassib kbir, kif saħqu bosta persuni ma’ dan l-istazzjon.
Dan l-isħarriġ kien indika ukoll li l-ambjent huwa ta’ tħassib fuq moħħ in-nies, b’ħafna persuni jenfassizaw fuq l-arja ħażina u tniġġis bħala fattur għal dan, bin-nies li tkellmu ma’ Net News jisħqu fuq il-bżonn ta’ aktar arja nadifa u spażji miftuħa.
//= $special ?>

