Lokali Qorti

Xufier ta’ taxi b’sentenza sospiża wara li kkaġuna l-mewt ta’ tfajla f’San Ġiljan

Raġel ta’ 65 sena, li jaħdem bħala xufier ta’ taxi ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li, seba’ snin ilu, ikkaġuna l-mewt ta’ Rumena ta’ 19-il sena f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.

Dan l-inċident seħħ fit-12 ta’ Lulju 2017, għall-ħabta tal-4.30 ta’ filgħodu, fi Triq Mikiel Anton Vassalli, meta Luciano Tabone kien qed isuq b’mod eċċessiv u traskurat u laqat lil Loredana Nemes, li kienet tgħix l-Italja.

Ix-xhieda fil-Qorti kkonfermaw li t-tfajla nstabet f’nofs it-triq wara li ntlaqtet mit-taxi, filwaqt li esperti kkonkludew li l-vettura kellha brejkijiet difettużi u kienet qed tinstaq b’veloċità eċċessiva.

L-eżami mediku kkonferma li l-vittma sofriet ġrieħi gravi li wasslu għall-mewt.

Il-Qorti rrikonoxxiet ukoll li l-vittma uriet ċertu traskuraġni, u li kellha livell għoli ta’ alkoħol fid-demm, fatt li seta’ kkontribwixxa għal dan l-inċident.

Meta l-Qorti qieset ċirkostanzi kollha, il-Maġistrat Astrid May Grima sabet lil Tabone ħati u kkandanntu 24 xahar ħabs sospiżi għal sena, u ordnatlu jħallas aktar minn €3,000 fi spejjeż tal-Qorti.