Arsenal irnexxielhom jiksbu rebħa oħra importanti dan l-istaġun, b’din ir-rebħa tkun it-8 waħda konsekuttiva għall-Gunners fil-kompetizzjonijiet kollha. B’din ir-rebħa l-Gunners imorru sitt punti fil-vantaġġ f’ras il-klassifika, segwiti minn Aston Villa li iktar kmieni s-Sibt għelbu lil Nottingham Forrest 3-1. Il-Gunners kisbu tlett punti b’rebħa ta 2-3.
Iċ-cherries ħasdu lill-avversarji fil-Vitality Stadium wara 10 minuti mill-attakkant Brażiljan Evanilson.
Sieħbu tal-istess nazzjonalita’, Gabriel Magalhaes jerġa jsib ix-xibka għal Arsenal dan l-istaġun u jagħmel l-iskor indaqs 6 minuti wara.
Declan Rice fil-54 minuta jagħti l-vantaġġ lill-Gunners fil-54 minuta, u l-midfieldr jiskorja d-dopjetta personali fil-71 minuta.
Kroup jnaqqas l-iskor 4 minuti wara, pero ċ-cherries ma jkunux kapaċi jdawru l-iskor fl-aħħar kwarta logħob
Fit-tieni post telgħu Aston Villa li qabżu lil Manchester City hekk kif lagħbu partita iżjed mis-Citizens.
Il-Villians fetħu l-iskor wara 45 minuta minn Ollie Watkins, b’John McGinn jirritorna fit-tieni taqsima u fid-49 minuta jiskorja t-tieni gowl.
Gowls li jnaqqas l-iskor mnn Morgan Gibbs-White fil-61 minuta għat-Tricky Trees.
McGinn jiskorja d-dopjetta personali u jkabbar lpiskor fit-73 minuta.
Brighton 2-0 Burnley, is-Seagulls jirritornaw għar-rebħ wara 6 partit mingħajr rebħa.
Gowl ta’ Rutter fl-ewwel taqsima u Ayari fit-tieni taqsima.
Wolves jiksbu rebħa importanti ħafna fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni kontra avversarju dirett fil-forma ta’ West Ham United.
Tlett gowls fl-ewwel taqsima għal Wolves skorjati minn Jhon Arias, Hwang Hee-chan u Mateus Mane.
//= $special ?>

