Lokali

Erbat ijiem wara; is-subway tal-Imsida Skatepark għadha inaċċessibli

L-entratura tas-Subway tal-Imsida minn naħa ta’ Triq Dun Karm, li bosta jużaw biex jaqsmu minn naħa għall-oħra tal-iskatepark, preżentament tinsab blukkata b’ġebel kbir li ġġarraf kaġun ta’ inċident tat-traffiku.

Dan hekk kif propju fl-lejliet l-ewwel tas-sena raġel tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel ġol-ħajt – b’konsegwenza li l-istess ħajt spiċċa mġarraf.

Crew ta’ Net News kien preżenti propju fil-post erbat ijiem wara l-inċident, u d-daħla għadha blukkata bit-tiġrif li ġie kkawżat.

Anke hekk qed toħloq inkonvenjenza kbira għar-residenti u dawk kollha li jaċċessaw din l-istess Subway.

Anke minħabba l-fatt li tinsab fiċ-ċentru ta’ bosta attivitajiet.

Apparti min hekk bosta tkellmu wkoll dwar il-fatt li l-ġimgħa d-dieħa terġa’ tiftaħ l-Univeristà ta’ Malta – u din is-Subway hija wkoll pond ta’ prominenza sabiex l-istudenti universitarji jaslu fl-Istituzzjoni edukattiva.

Intant s’issa għadu mhux ċert meta ser jkunu qiegħdin jibdew ix-xogħlijiet, jew tal-inqas jiġi imnaddaf u miġbur.

Anke minħabba l-fatt li mhux biss huwa ta’ inkonvejent però anke qed joħloq perikli – għaliex anke jekk hemm il-barrikati tal-pulizija, xorta waħda jibqa’ ta’ detriment għal dawk li jaċċessawh.