Futbol Sport

Ħamrun Spartans dominanti kontra Victoria Hotspurs

(Ritratt: Joseph Galea)

Żewġ skorers fil-partita Attard u Camenzuli (Ritratt: Joseph Galea)

ĦAMRUN SPARTANS…………..5

VICTORIA HOTSPURS…………0

Ħamrun Spartans: F. Da Paz, R.Compri, S.Xerri, S.Attard (N.Micallef 74′), M.Garcia, J.Mbong, V.Polito (E.Marcellina 46′), N.Koffi (K.Vella 83′), J.Cadenovic, E.Bruno (S.Camilleri 74′), R.Camenzuli (S. Thioune 74′)

Victoria Hotspurs: S.Sultana, F.Apap, D.Vukovic, S.Attard (L.Grima 77′), E.Mbong, R.Monteiro, D.Mercieca, E. Grozdanov (J.Saliba 77′), C.ercieca (M.Conti 66′), K.Micallef, K.Borg (K.Bajada 91′)

Imwissija: D. Mercieca 67′ (V)

Skorjaw: S.Attard 6′, J.Mbong 61′, R.Camenzuli 63′, N.Koffi 72′, J.Cadenovic 73′ (Ħ)

Referee: Daniel Portelli

Ħamrun Spartans jikkwalifikaw għall-aħħar sittax b’prestazzjoni dominati meta skorjaw 5 mingħajr ebda risposta mit-tim Għawdxi Victoria Hotspurs.

Konfront intensiv ukoll bejn iż-żewġ aħwa Mbong – Joseph ta’ Ħamrun u Emmanuel ta’ Victoria Hotspurs.

Bjelicic ta’ Ħamrun jiddefendi kontra Mercieca ta’ Victoria

Iċ-champions ta’ Malta skorjaw kmieni permezz tal-attakkant żgħażugħ prolifiku Shaisen Attard wara sitt minuti li qiegħed jirkupra tajjeb mill-injury li soffra ftit ta’ xhur ilu.

L-Isparta stennew sas-siegħa logħob biex reġgħu skorjaw, pero meta fil-61 minuta sabu x-xibka permezz ta’ Joseph Mbong, ma waqfux jiskorjaw. Żewġ minuti wara d-difensur laterali xellugi Camenzuli jiskorja t-tielet gowl.

N’ Dri Koffi u Jovan Cadenovic jiskorja żewġ gowls f’temp ta’ minuti fit-72 u fit-73 minuta.

Compri ta’ Ħamrun bil-pussess tal-ballun (Ritratt: Joseph Galea)