Futbol Sport

Hibernians mal-aħħar sittax tal-FA Trophy

It-trofew Meridianbet FA Trophy
It-trofew Meridianbet FA Trophy

HIBERNIANS………………….3

GUDJA UNITED………………1

Hibernians: C.Bransecu, L.lapert (M.Carvalho 71’), M.Lopes (L.Buhagiar 82’), B.Kristensen, D.Xuereb (A.Silas 55’), K.Halabaku (L.Caruana 82’), D.Bonnici (L.Abela 71’),

Gudja United: G.Zammit, N.Gauci, E.Ruiz, B.Muscat (J.Cutujar 81’), H.Shola (J.Delmar 89’),  G.Farrugia, (J.Carbone 81’), V.Tasic (N.Buttigieg 89’), D.Maldonado (A.Mizzi 65’), A.Zivkovic, E.Micallef, J.Agbakwuru

Imwissija: P.Silva 72’ (H), D.Maldonado 46’ (G)

Skorjaw: C.Padilha 8’, L.Iapert 54’, 69’ (H) A.Zivkovic 58’ (G)

Referee: Vladimir Rizoski

Hibernians ukoll għamluha mal-aħħar sittax tal-Meridianbet FA Trophy meta għelbu lit-tim miċ-Challenge League Gudja United 3-1.

Il-Pawlisit jiftħu l-iskor wara 8 minuti logħob minn Cleiton Padilha, u jirdoppjaw l-iskor fil-54 mimuta permezz ta’ Lucas Villela Iapert fil-54 minuta.

Gudja jnaqqsu l-iskor permezz tal-gowl taż-żgħażugħ promitenti Aleksa Zivkovic li ngħaqad ma’ Gudja fis-sajf u qiegħed ikollu prestazzjonijiet tajbin fl-aħħar partiti biex saħansitra sab ix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu mal-klabb

Minkejja l-isforzi ta’ Gudja, lapert skorja gowl ieħor għal Hibernains fid-69 minuta u kkonferma l-kwalifikazzjoni.