Lokali Mużika

Imut id-drummer Malti tal-Jazz Tony Carr fl-età ta’ 98 sena

Tħabbret il-mewt tad-drummer Malti tal-Jazz Tony Carr. Huwa miet fl-età ta’ 98 sena.

Huwa kien jismu George Caruana u kien wieħed mill-mużiċisti ewlenin fil-bars ta’ Strada Stretta fil-Belt Valletta.

Fis-snin ħamsin huwa kien telaq minn pajjiżna u kompla bil-karriera tiegħu fir-Renju Unit fejn fost l-oħrajn daqq ma’ Paul McCartney, Tom Jones, Cliff Richard u Ella Fitzgerald. Huwa kien ngħaqad ukoll mal-istilla internazzjonali Billy Eckstine f’tour Ewropew.