Futbol Sport

Juventus miżmuma minn Lecce fl-Allianz Stadium, Atalanta jirbħu kontra Roma

Ritratt: EPA

Juventus ifallu milli jieħdu tlett puntli fuq il-karta dehru faċli pero l-Juventini affaċjaw diffikultajiet kbar biex sabu x-xibka. Saħansitra huma sabu ruħhom minn taħt ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima minn żball ta’ Cambiasso li qassam lejn Lameck Banda li xeħet ġewwa minn tarf il-kaxxa biex Lecce daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq.

Juventus naqqsu l-iskor permezz ta’ Weston McKennie fid-49 minuta. Il-Bianconeri kellhom oppurtinita’ li jieħdu l-vantaġġ fis-66 minuta minn Jonathan David, madankollu l-Kanadiż falla l-penalty li rebaħ.

Como rebħu kontra Udinese u komplew jitilgħu l-fuq fil-klassifika, l-iskor finali jkun 1-0.

Kien Da Cunha li skorja l-unika gowl fit-18-il minuta minn penalty.

Draw ta’ 1-1 bejn Genoa u Pisa, bil-kowċ Alberto Gilardino jirnexxielu jikseb punt għal Pisa barra minn darhom kontra l-eks tim tiegħu.

Lorenzo Colombo jiskorja l-ewwel gowl tal-partita wara kwarta logħob għal Genoa, b’ Pisa jnaqqsu l-iskor fit-38 minuta.

Sassuolo u Parma b’ draw ieħor ta’ 1-1 fit-18-il ġurnata tas-Serie A.

In-Neroverdi l-ewwel jiskorjaw minn Thorstvedt fit-12-il minuta, segwit minn gowl ta’ Pellegrino fl-24 minuta.

Fl-aħħar partita tas-Sibt, Atalanta irritornaw għar-rebħ wara t-telfa minima li soffrew kontra Inter il-ġimgħa li għaddiet meta għelbu lil Roma 1-0.

Il-gowl ta’ Giorgio Scalvini mill-viċin wara 12-il minuta kellu jkun il-gowl deċiżiv, hekk kif il-goal ta’ Gianluca Scamacca bir-ras fit-28 minuta tħassar wara konsultazzjoni tal-VAR li sab l-attakkant Internazzjonali Taljan f’pożizzjoni rregolari.