Futbol Sport

Rebħa minima għal Valletta fuq Pembroke biex jikkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar 16

Ritratt: Andrew Grima

PEMBROKE ATHLETA……0

VALLETTA……………………..1

Pembroke Athleta: C.Rapa, K.Sciberras Balbi, K.Farrugia, T.Fenech, S.Saldanha, W.Gomes, J.Aquilina, A.Borg (L.Caruana 79’), A.Sant, M.Vella, J.Parnis (X.Marmara 63’)

Valletta: T.Aquilina, M.Ellul, A.Ciolacu (A.Zammit 61’), B.Paiber, K.Ewurum (Y. Yankam 73’), S. Brewer JR, M.Mbende, Y. Messias, S.Radic, E.Pinto Gomes (T.Aldama 46’), J.Mendoza Usaga (J. Azzopardi 61’)

Imwissija: A. Sant 54’, S.Saldanha 59’, 90’ (P), A.Ciolacu 49’ (V)

Tkeċċa: S.Saldanha 90’ (P)

Referee: Emanuel Grech

Valletta għaddew għal mal-aħħar sittax hekk kif għelbu b’diffikultà kbira lil Pembroke Athleta li jilagħbu fin-National Amateur League. Iċ-champions tal-Jubilee Cup kisbu din ir-rebħa importanti biex żammew it-tammiet li jirbħu t-tieni unur tagħhom f’dan l-istaġun permezz ta’ gowl ta’ Yuri De Jesus Messias minn penalty fil-75 minuta.

Pembroke spiċċaw jilagħbu b’għaxra fl-aħħar minuti tal-partita u dan ħassar iċ-ċansijiet kollha li jġibu d-draw meta Samuel Saldanha intwera t-tieni karta saffra tiegħu tal-partita fid-90 minuta.