SLIEMA WANDERERS……………….1
SWIEIQI UNITED……………………….2
Sliema Wanderers: E.Kevin Agu, N.Frendo (A.Magri Overend 46′), V.Plut (K.Nwoko 63′), L.Montebello (S.Bah 63′), R.Prsa, G.Alcino (W.Matos 46′), M.Bernando, T.Espindola, J.Gomes Junior, M.Baggio Cover
Swieqi United: J.Debattista, S.Pinto, M.Micallef, P.Fenech, K.Leonardi, I.Davey, M.Debattista (M.Spiteri 77′), S.Okoh, L.Okeke (N.Grech 116′), D.Agius (R.Thompson 87′), S.Mawuena
Imwissija: T.Espindola 67′, M.Baggio Cover 80′ 98′ (SW), l.Okeke 74′ (SU)
Tkeċċew: M.Baggio Cover 98′, J.Borg 105+2′ (SW)
Skorjaw: I.Davey 82′, S.Okoh 120+3′ (SU), R.Prsa 90+4′ (SW)
Referee: Ezekiel Barbara
Partita kontroversjali immens u kkwalifikazzjoni storika għal Swieqi United bit-tim mill-BOV Challenge League jegħleb lill-ġganti tal-futbol Malti Sliema Wanderers b’gowl fl-aħħar sekondi tal-ħin barrani biex jevitaw li jmorru għall-għoti tal-penalties.
Swieqi United kienu dawk li rnexxielhom jiftħu l-iskor wara iktar minn 80 minuta bla gowl, hekk kif Isaac Thomas James Davey jiskorja fit-82 minuta.
Il-Wanderers iwettqu miraklu u jagħmlu l-iskor indaqs fl-94 minuta permezz tal-eks Ħamrun Spartans Roko Prsa.
Sliema Wanderers jispiċċaw jilagħbu b’9 plejers fil-ħin barrani hekk kif l-ewwel jitkeċċa Miguel Baggio Cover fit-98 minuta meta ntwera t-tieni karta saffra tal-partita, biex ftit mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima tal-ħin barrani tkeċċa s-sostitu Jean Borg.
Il-gowl tar-rebħa jasal fil-123 minuta minn Samuel Okeh għal Swieqi United. Riżultat storiku.
//= $special ?>

