Donald Trump qed jgħid li l-qawwiet tal-Istati Uniti ħatfu lill-President Maduro tal-Veneżwela, u li hu ittieħed barra minn pajjiżu.
Trump qal li Maduro u l-mara tiegħu inqabdu mill-Amerikani wara li l-forzi Amerikani attakkaw il-Veneżwela.
Il-President Amerikan se jkun qed jindirizza lill-media fis-sigħat li ġejjin.
Intant, il-Viċi President tal-Veneżwela stqarr li l-pajjiż ma jafx fejn jinsab Maduro. Dan filwaqt li l-Gvern Russu ikkundanna din l-azzjoni militari.


