Il-ġurament u l-inawgurazzjoni tas-Sindku l-ġdid ta’ New York kienet waħda storika. Zohran Mamdan ta’ 34 sena huwa l-ewwel Sindku Musulmun fl-Istati Uniti. Huwa kien elett bl-għajta li se jikkontrolla l-għoli tal-ħajja, l-aktar billi jimplimenta ffriżar fil-kirjiet u billi jagħmel tal-linja b’xejn.
F’ċerimonja ta’ inawgurazzjoni fis-City Hall, huwa ddikkjara li “mill-llum aħna se niggvernaw bl-aktar mod kuraġgjuż. Ma jfissirx li dejjem se jirnexxielna iżda żgur li ħadd ma jista’ jakkużana li nqassna mill-kuraġġ li ppruvajna”.
Mamdani rnexxielu jikseb aktar minn 2 miljuni votanti u jieħu 50 fil-mija tal-voti, kważi għaxar punti aktar mill-Gvernatur Demokratiku Andrew Cuomo li ħareġ bħala Indipendenti. New York hija l-Belt b’popolazzjoni ta’ madwar 8 miljun resident.
Huwa qal li l-amministrazzjoni tiegħu mhix se toqgħod lura milli tuża’ l-poter biex itejjeb il-ħajja tan-nies li joqgħodu fi New York, filwaqt li ta x’jifhem li din se tkun era ġdida għall-Belt ta’ New York.
Mamdani minnufiħ irrevoka executive order li kienet ħarget l-amministazzjoni preċendenti. Neħħa dawk l-ordnijiet kollha li ħarrġu f’Settembru 2024.



