Sport Waterpolo

ESKLUSSIVA: L-ASA f’proċess biex isaħħaħ it-tim nazzjonali Malti b’żewġ plejers Amerikani b’dixxindenza Maltija

Waqt il-programm Sportsbox fuq NET FM, ippreżentat minn Neil Camenzuli, il-President tal-Aquatic Sports Association (ASA), Karl Izzo, żvela b’mod esklussiv li l-Assoċazzjoni qed taħdem biex isaħħaħ it-tim nazzjonali Malti billi ġġib żewġ plejers internazzjonali tal-Waterpolo mill-Istati Uniti li għandhom dixxindenza Maltija.

Izzo stqarr li l-Assoċjazzoni bdiet il-proċess inizjali biex żewġ plejers li għandhom membri tal-familja immedjata b’għeruq Maltin jingħataw il-passaport Malti u jkunu jistgħu jkunu parti mit-tim nazzjonali Malti.

Huwa magħruf li ż-żewġ plejers huma ta’ fama internazzjonali u għandhom konessjoni qawwija ma’ pajjiżna.

Dan il-proċess jasal ukoll wara li l-ASA irnexxielha tinnewtralizza l-plejer b’oriġini Russsu, Ivan Nagaev biex ikun parti mit-tim nazzjonali, anke għall-partiti li se jilagħabu fil-Kamponati Ewropej f’Belgrade fis-Serbja.

Karl Izzo fuq il-programm Sportsbox