Fl-20 ġurnata logħob tal-Premier League, Chelsea iġibu l-gowl tad-draw permezz ta’ gowl mill-midfielder Enzo Fernandez biex jirbaħ punt għat-tim ta’ Chelsea.
Kien bidu pjuttost pożittiv għat-tim ta’ Pep Guardiola, hekk kif l-midfielder Olandiż Tijjani
reijnders fetaħ l-iskor tal-partita ftit minuti qabel ma ntemmet l-ewwel partita.
Fit-tieni taqsima, Manchester City kienu aktar perikolużi, iżda minkejja kull tentattiv biex jirbħu
tlett punti, il-midfielder Enzo Fernandez sab il-gowl tad-draw fl-aħħar ftit minuti logħob li jegħleb lil gowlkiper Taljan Gianluigi Donnarumma.
L-iskor finali jkun dak ta’ 1-1.
Din kienet l-ewwel partita ta’Chelsea mingħajr il-kowċ Enzo
Maresca li tkeċċa propju f’jum l-ewwel tas-sena.
Aktar logħob mill-Ħadd, Manchester United ukoll issibu l-gowl tad-draw permezz tal-attakkant Brażiljan Matheus Cunha.
Dan wara li kienu qegħdin minn taħt kontra t-tim ta’ Leeds lii marru fil-vantaġġ fit-62 minuta permezz ta’ gowl mill-midfielder ċentrali Brendon Aaronson.
Minkejja dan il-gowl li sofrew, Red Devils sabu l-gowl tad-draw tlett minuta wara permezz ta’Matheus Cunha minn assist ta’ Joshua Zirkzee, biex għamlu l-iskor
1-1.
Brentford jirbħu b’mod konviċenti kontra Everton barra minn darhom bl-iskor ta’ 4-2.
Newcastle ukoll ikollhom prestazzjoni konviċenti meta għelbu lil Crystal Palace 2-0 f’darhom stess.
Tkompli l-prestazzjoni pożittiva ta’ Sunderland hekk kif huma ukoll iġibu l-gowl tad-draw permezz ta’ Brian Brobbey wara li kienu qegħdin minn taħt kontra Tottenham li skorjaw fit-30 minuta mill-veteran Ben Davies. L-iskor jkun dak ta’ 1-1.
Intant, jkompli l-istaġun diżappuntanti ta’ Liverpool hekk kif huma ukoll sofrew il-gowl tad-draw
fl-aħħar minuta, meta l-midfielder Ingliż Harrison Reed isib il-lasta u jegħleb lil gowlkiper Alisson biex jagħmel l-iskor 2-2.
Liverpool isofru l-ewwel gowl tal-partita fit-17-il minuta logħob permezz ta’ Harry Wilson.
Fit-tieni taqsima, it-tim ta’ Merseyside ħarġu b’saħħithom u jsibu l-gowl tad-draw fil-57 minuta
permezz ta’ Florian Wirtz u jżidu t-tieni gowl fl-aħħar minuta permezz ta’ Cody Gakpo.
Iżda dan ma jkunx biżżejjed u Fulham iġibu l-gowl tad-draw fl-aħħar minuta sabiex jagħmlu liskor dak ta’ 2-2.
Gowl ta’ Enzo Fernandez iġib il-gowl tad-draw għal Chelsea fl-aħħar minuta


