Lokali

AĠĠORNATA: Mara l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija

Mara ta’ 48 sena, residenti Ħ’Attard, weġġgħet ħafif wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:15 ta’ filgħodu fi Triq Valletta, f’Ħal Lija, direzzjoni lejn il-Mosta.

Skont informazzjoni mogħtija mill-Pulizija lill-din il-kamra tal-aħbarjiet il-mara kienet qed issuq karozza tat-tip Toyota Auris u għal xi raġuni mhux magħrufa tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fil-karozza ta’ quddiema tal-għamla Peugeot 5008 misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Iklin li ma weġġax.

Fil-post issejħu l-pulizija u tim mediku sabiex jassistu filwaqt li l-Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.