Lokali

Il-Kap tal-PN Alex Borg jappella favur tranżizzjoni paċifika fil-Venezwela

Fil-Venezwela jeħtieġ li jkun hemm tranżizzjoni demokratika u paċifika.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg b’rabta mal-arrest tal-President Venezwelan Nicolas Maduro fejn ittieħed mill-Belt ta’ Caracas fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt mill-Amerikani u sussegwentament qiegħed jinżamm f’ħabs f’New York.

Alex Borg saħaq li qed isegwi dak li ddeskriva mumenti deċiżivi fil-pajjiż tal-Amerika t’Isfel. Huwa sostna li l-kuraġġ tal-Venezwelani, u r-rieda tagħhom favur demokrazija sħiħa hija ċara.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li madanakollu l-liġijiet internazzjonali, l-kontabbiltà u d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu mħarsa b’mod sħiħ.